Lokali

Muscat jattakka d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar il-bejgħ tal-passaporti

L-Eks Prim Ministru Joseph Muscat ħareġ jattakka d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar il-bejgħ tal-passaporti. Bl-eks mexxej Laburista – li se jgħaddi ġuri fuq korruzzjoni – jinsisti li din kienet “sentenza politika”, u għamlet raġunament lil hemm mil-liġi.

“L-ironija hija li r-raġuni ewlenija li nġabet hija t-trasparenza sħiħa tal-liġi li fuqha huwa bbażat il-Programm ta’ Ċittadinanza, li mhux kif jagħmlu pajjiżi oħra li ħadd ma jaf eżatt kif jaħdmu u jiddeċiedu lil min jagħtu ċittadinanza.”

Muscat xorta jemmen li hemm lok biex il-bejgħ tal-passaporti jibqa’ għaddej “b’xi bidliet”.

Fil-messaġġ li ħalla fuq Facebook, Muscat attakka lil Roberta Metsola u lill-Partit Nazzjonalista li ilhom mill-ewwel minuta jaħdmu kontra l-bejgħ tal-passaporti.