Il-Partit Nazzjonalista huwa impenjat li joħloq impjiegi ta’ kwalità. Dan permezz tal-missjoni politika tiegħu li hija waħda: Xogħol. Ħajja u Kwalità.
Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt intervent li għamel fl-ewwel jum tal-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew f’Valencia, fejn tenna li l-mexxejja Ewropej qegħdin hemm biex jisimgħu u jservu lil poplu li jkun elliġihom.
Bernard Grech fisser kif minkejja l-attakki li jsiru kontra s-saltna tad-dritt, kemm lokalment f’Malta kif ukoll fuq livell Ewropew, il-Partit Nazzjonalista lest li jibqa’ jmexxi bi spirtu pożittiv – li jisma u jservi.
Hu fakkar kif il-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoniiet ta’ Ġunju li għadda kiseb l-aqwa riżultati, fejn ġew eletti 3 Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Nazzjonalista. Fosthom Roberta Metsola li qed isservi bħala President tal-Parlament Ewropew.

Kien hawn fejn għamel referenza għall-isfidi li qed tiffaċċja l-Ewropa bit-tarrifi inġusti imposti mill-Amerika; madanakollu huwa tenna li l-Partit Popolari Ewropew għandu jibqa b’saħħtu fid-dawl ta’ dan kollu.
Fid-diskors tiegħu Bernard Grech wera wkoll gratitudni lejn il-Partit Popolari Spanjol. U fakkar kif b’ħidma mal-Partit Nazzjonalista kienu preżentaw riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt.
Fuq kollox, insista kif l-UE għandha tkun waħda li tagħti r-riżultati għall-ġid taċ-ċittadini.
//= $special ?>