Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “L-ammont ta’ persuni li ġew biex jaraw lil Mini Bugz taħt it-tinda, kien inkredibbli” – Jackie Bartolo

Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Jackie Bartolo. Ma’ Jackie Bartolo se nkunu qed nitħaddtu dwar it-tfulija tagħha, l-ewwel drabi li telgħat fuq il-palk, l-istudji tagħha mal-MTADA u l-karriera tagħha fuq it-televiżjoni.

Tkellimna dwar il-bidu ta’ Radio 101, illum NET FM, fl-ewwel xandira ma’ John Bundy u Charles Saliba.

“Konna eċċitati, li tkun l-ewwel vuċi femminili li tiftaħ Radio 101 huwa ta’ privileġġ kbir. Meta kont naħdem l-istazzjon, kont inqis lil sħabi bħala familja”.

Mal-profil se nkunu qed nitkellmu dwar il-bidu ta’ NET TV, il-programmi għat-tfal u ż-żgħażagħ u l-karattru tagħha tal-fairy f’Mini Bugz.

“Mini Bugz kien pijunier, il-konkorrenza kienet waħda kbira, għexna ma’ Mini u Griż”

PROFILI, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Gail Mallia, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.