Luxol Bolt……………51
Starlites……………..53
(18-11)(11-9)(12-14)(10-19)
F’partita missielta sal-aħħar sekonda, Starlites għelbu lil Luxol Bolt 53-51 biex ippareġġjaw is-serje tal-finali ta’ taħt id-19-il sena 1-1. L-eroj ta’ Starlites kien Lorenzo Tarantino, li bi trippla drammatika fl-aħħar 20 sekonda tal-logħba, dawwar id-direzzjoni tal-partita u wassal għall-uniku vantaġġ ta’ Starlites li żammewh sal-aħħar. Minkejja li Luxol kienu quddiem għal kważi 38 minuta u bnew vantaġġ ta’ 11-il punt fil-partita, Starlites għamlu reazzjoni determinata, partikolarment fir-raba’ sessjoni fejn għelbu lil Luxol 19-10 u biha rebħu l-partita.
Luxol bdew il-logħba fuq nota tajba, fejn bdew b’run ta’ 10-4 grazzi għal kontribuzzjoni ta’ Mark Iluobe u Nikolai Sammut. Luxol temmew l-ewwel sessjoni 18-11 minn fuq, u komplew iżidu fit-tieni waħda fejn fetħu distakk ta’ 9 punti 29-20 qabel il-mistrieħ.
Fit-tielet sessjoni Luxol kabbru l-vantaġġ għal 11-il punt 37-26 bi trippla ta’ Greg Mizzi, iżda minn hemm ‘il quddiem Starlites bdew jerġgħu lura bil-mod. Punti konsekuttivi ta’ Kai Fabri u JJ Dimech naqqsu d-distakk għal 41-34 sal-aħħar tat-taqsima.
Fir-raba’ sessjoni, Luxol kienu għadhom fuq quddiem 49-40 wara trippla ta’ Mizzi u punti ta’ Cog. Hawn, però, Starlites wieġbu b’run ta’ 9-0 grazzi għall-ewwel trippla ta’ Tarantino u JJ Dimech. Fabri għamel l-iskor indaqs 49-49 wara drive fiz-zona. Fl-aħħar 34 sekonda, Luxol reġgħu ħadu vantaġġ 51-49 b’layup ta’ Iluobe. Kien għad fadal 19-il sekonda u l-ballun wasal għand Lorenzo Tarantino li rnexxielu jiskorja trippla minn offensive rebound biex Starlites marru minn fuq 52-51. Luxol tilfu l-pusess fl-attakk ta’ wara u Dimech għalaq il-logħba bi free throw li assigura r-rebħa ta’ Starliters fuq skor finali ta’ 53-51.
It-tielet finali deċiżiva se tintlagħab fl-ewwel ta’ Mejju fil-ħdax ta’ filgħodu
Luxol Bolt: C. Cog 12, M. Iloube 11, A. Curmi, K. Micallef, G. Mizzi 10, K. Galea , J. England, A. Ivanovski 2, A. Ortiz, E. Fenech Pace 3, N. Sammut 13.
Starlites: M. Micallef, J. Dumford, N. Formosa, L. Attard 4, K. Fabri 14, S. Ransley, Z. Said Hollier 2, L. Tarantino 6, A. Zammit, G. Camilleri, A. Sultana 6, JJ Dimech 18.
Referees: Bernard Vassallo, Miguel De Flavia, Fiorentina Ciurariu.
//= $special ?>