Lokali Parlament

1,590 tifel u tifla jibbenefikaw minn LSE full-time

Hawn 1,590 tifel u tifla  li jibbenefikaw minn LSE full-time bħalissa. Jirriżulta wkoll li hawn kważi daqstant ieħor, 1,509, li jaqsmu LSE fl-istess klassi u hawn 972 oħra li jaqsmu LSE ma’ tfal oħra.

Il-Ministru Clifton Grima tkellem dwar kif huma mqassmin l-LSE mat-tfal li jeħtieġu l-għajnuna meta kien qed iweġeb mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ  li staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jgħid kemm hawn tfal li jibbenefikaw minn LSE bħalissa u jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet, il-ġeneru u l-livelli differenti ta’ għajnuna.