Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo
Andrè Muscat
Birkirkara: G. Volpe, M. Morello (P. Gaitan 83’), A. Sandona (L. Mina 46’), P. Mbong (N. Cross 90+1), K. Reid (Y. Gnamien 79’), A. Satariano, L. Lacunza, N. Micallef, A. Coppola, D. Makoma, M. Maia
Floriana: C. Mafoumbi, O. El Hasni, J. Grech (G. Cardozo 86’), D. Vella, O. Spiteri, M. Garcia, G. Gamarra, F. Sasere, A. Kouro (E. Sukisa 79’), A. Garzia (J. Becerra 71’), J. Gomes
Skorjaw: M. Maia 3’ (B), D. Vella (F)
Imwissija: K. Reid 4’ (B), N. Micallef 13’ (B), A. Satariano 51’ (B), A. Coppola 74’ (B), A. Kouro 75’ (F), D. Vella 78’ (F), P. Gaitan 90+3 (B)
Referee: Philip Farrugia
Assistenti Referees: Duncan Sultana u James Muscat
Fl-istadium Nazzjonali fl-aktar konfront mistenni tal-istaġun bejn Birkirkara kontra Floriana, spiċċa fid-draw ta’ 1-1, biex b’hekk ikollna nistennew il-playoffs sabiex insiru nafu minn se jirbaħ il-kampjonat Premier.
Birkirkara joħorġu fuq l-offensiva u wara 3 minuti logħob jiżblukaw ir-riżultat, kien xutt minn barra l-kaxxa ta’ Makoma bil-goalkeeper Furjaniż Mafoumbi isalva iżda ma jżommx il-ballun, bl-istess ballun jispiċċa f’saqajn Maxuel Maia bil-Brażiljan ta’ Birkirkara ma jiżbaljax biex tefa’ l-ballun fil-lasti Furjaniżi u lill-partitarji Karkariża f’delirju ta’ ferħ.
Floriana ppruvaw iġibu d-draw fl-14-il minuta logħob, kien freekick mil-lemin ta’ Gomes bil-goalkeeper Volpe ntefa’ minn tulu sabiex dawwar il-ballun f’corner.
Fid-19-il minuta Floriana għal darb’oħra viċin li jġibu draw, din id-darba freekick mix-xellug jispiċċa fuq ras id-difensur Furjaniż El Hasni, b’dan tal-aħħar jara d-daqqa ta’ ras tiegħu mdawra f’corner mill-goalkeeper Karkariż Volpe.
Gamarra viċin li jġib id-draw għal Floriana fil-35 minuta. Kien pass lejn ix-xellug tal-captain Dunstan Vella lejn l-Arġentinjan b’dan tal-aħħar jara ċ-ċans tiegħu jgħaddi jħakkek mal-lasta l-wieqfa.
Il-Greens iġibu d-draw fid-39 minuta, meta jkun l-internazzjonali Malti Jake Grech li mil-lemin jitfa’ cross lejn il-captain Vella, biex dan tal-aħħar ma jiżbaljax u jitfa’ wara Volpe kif ukoll lill-partitarji numerużi f’delirju ta’ ferħ.
Il-Brażiljan Jose Fernando Gomes ta’ Floriana fit-42 minuta jittanta xortih b’xutt minn barra l-kaxxa l-kbira, bil-ballun jgħaddi ftit għoli mill-lasti Karkariżi.
B’żewġ minuti fuq il-ħin regolari r-referee Philip Farrugia jibgħat lit-timijiet rispettivi jistrieħu f’parita ta’ 1-1.
L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima tasal fis-56 minuta meta jkun Maxuel Maia li mix-xellug ifajjar xutt li sab lil goalkeeper tal-greens attent u fejn salva l-ballun u jdawwar f’corner.
Mas-siegħa logħob, Floriana kienu viċin li jmorru fil-vantaġġ għall-ewwel darba fil-partita meta l-captain Dunstan Vella jgħaddi l-ballun lejn Gamarra, b’dan tal-aħħar fajjar xutt minn barra l-kaxxa iżda jsib lill-goalkeeper Volpe attent li dawwar ix-xutt f’corner.
F’taqsima nieqsa mill-azzjonijiet b’seba’ minuti fuq il-ħin regolari, ir-referee jsaffar tmiem il-partit.
B’dan ir-riżultat fl-aħħar logħba tal-kampjonat, l-istess kampjonat baqa’ mhux mirbuħ u issa r-rebbieħ tal-kampjonat se jkun deċiż bil-playoffs.
//= $special ?>