Hekk kif issa tħabbret id-data tal-Konklavi, il-Knisja f’Għawdex tingħaqad mad-dinja Kattolika kollha fit-talb għall-għażla tas-Suċċessur ta’ Pietru.
Għal dan il-għan, l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma se jiċċelebra quddiesa “għall-għażla tal-Papa” fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, nhar is-7 ta’ Mejju, l-ewwel Erbgħa ta’ Santa Marija, fit-8.30am.
F’Messaġġ li kiteb, huwa jħeġġeġ ukoll lill-komunità djoċesana Għawdxija biex takkumpanja bit-talb il-proċess tad-dixxerniment tul il-Konklavi “biex l-Ispirtu Santu jnebbaħ lill-Kardinali biex jitfgħu l-ħarsa tagħhom fuq il-persuna li hu jixtieq li tmexxi l-Knisja fis-snin li ġejjin”.
“Nitolbu wkoll għal ħuna l-Kardinal Mario Grech li huwa wkoll bi providenza ta’ Alla jagħmel parti minn dak il-proċess”, ikompli jgħid il-messaġġ tal-Isqof ta’ Għawdex.
Huwa jagħti wkoll provedimenti għal meta jitħabbar il-Papa l-ġdid.
//= $special ?>