Illum, il-PN ingħaqad mal-EPP Farmers – fergħa ġdida tal-Partit Popolari Ewropew. Dan sabiex il-PN jagħti kontribut attiv għal politika Ewropea mfassla madwar il-bżonnijiet tal-bidwi u r-raħħal Malti.
Dan qalu l-MEP tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius hekk kif f’Valencia, fi Spanja, kien għaddej il-Kungress tal-EPP.
Din il-fergħa ġdida qed tiġi mwaqqfa bl-iskop li l-Ewropa tkun dejjem aktar attenta għall-bżonnijiet tal-bdiewa u r-raħħala, kif ukoll biex toħloq politika li tkun iffukata fuq il-bżonn tas-sigurtà tal-ikel tal-familji Ewropej.
Il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jipparteċipa b’mod attiv f’din il-fergħa.
B’reazzjoni għal dan l-iżvilupp, ix-Shadow Minister Toni Bezzina qal li l-Partit Nazzjonalista huwa l-partit li dejjem kien qrib il-bdiewa u r-raħħala, u li bħala gvern alternattiv, il-PN se jara li f’din il-fergħa l-ġdida tal-EPP juża l-benefiċċji kollha bħala membru biex jagħti r-risposti għad-diversi sfidi li għandhom il-bdiewa u r-raħħala f’pajjiżna bħalissa.
//= $special ?>