Internazzjonali

Il-kumpanija Amazon mhux ser turi t-tariffi ta’ Trump fuq il-prodotti tagħha

Il-kumpanija Amazon mhux ser tkun qed tesebixxi r-rati tat-tariffi ġodda imposti mill-Gvern Amerikan fuq il-prodotti li hemm fuq is-sit tax-xiri online, wara li l-President Donald Trump wera’ insistenza qawwija fil-konfrot tal-Biljunarju Jeff Bezos, il-propjetarju tal-istess Amazon.

Dan wara li ġie rrappurtat mill-midja li Jeff Bezos u l-kumpanijja Amazon kienu ser iħabbru l-mod kif kull prodott għall-bejgħ fuq is-sit online ta’ Amazon, mhemuż miegħu ser ikun esebit il-prezz tal-prodott b’mod li juri kemm dan l-istess prodott issa ġie jiswa minħabba t-tariffi imposti mill-Gvern Amerikan – bir-raġunar ikun li l-konsumatur ikun jista’ jara’ kemm it-tali prodott kien jiswa oriġinarjament mingħajr it-tariffi imposti.

Bil-għan li bħala kumpanijja tikkjarifika dwar il-prezzijiet ogħla ta’ ċertu prodotti fuq is-sit ta’ Amazon.

Madanakollu dan ma niżel tajjeb xejn mal-amministrazzjoni tal-White House, b’mod speċjali mal-President tal-Istati Uniti nnifsu Donald Trump, li sorsi qed jisħqu li tefa’ pressjoni qawwija u personali fuq Bezos sabiex dan l-eżerċizzju ma jidħolx fis-seħħ.

Trump spjega li dan l-eżerċizzju maħsub minn Amazon seta’ b’xi mod jew ieħor ixekkel il-ħidma tal-Gvern fejn jidħol kummerċ lokali – dan apparti li stqarr kif din qatt ma’ ġrat, anke meta l-prezzijiet għolew b’riżultat tar-rati għolja ta’ inflazzjoni fi żmien il-Presidenza ta’ Joe Biden. Bil-White House tispiċċa tisħaq li din mhi xejn għajr manipulazzjoni politika.

Min naħa tal-kumpanijja Amazon, meta ġew mistoqsa dwar din l-idea huma sempliċiment saħqu li kienet biss idea sabiex il-konsumatur ikun jista’ jevalwa sew ir-rati ta’ importazzjoni u r-rati inġenerali tal-prezzijiet bit-tariffi imposti fuqhom. Madanakollu ċaħdu li din l-idea kienet ser tidħol fis-seħħ.