Internazzjonali

Jinqatlu tliet persuni fi sparatura fl-Iżvezja

Tliet persuni nqatlu fi sparatura li seħħet it-Tlieta filgħaxija, fiċ-ċentru tal-belt Żvediża ta’ Uppsala.

Dan kien ikkonfermat mill-Pulizija Żvediza, hekk kif din il-belt għaddejja bi preparamenti għall-festi ta’ Walpurgis… festa li tiġi ċċelebrata lejlet l-ewwel ta’ Mejju.

Skont rapporti fil-midja lokali, il-persuna ħarbet minn fuq il-post bi scooter u bħalissa tinsab għaddejja tfittxija għal din il-persuna responsabbli.

Il-Pulizija għalqet zona kbira ta’ din il-belt għar-raġunijiet ta’ siġurtà, u qalet ukoll li dan kien każ iżolat.

Intant, kelliem għall-Gvern Żvediż iddeskriva dan bħala att brutali ta’ vjolenza.

Madankollu, persuni li kienu fuq il-post qalu li semgħu xi tiri tan-nar, li kienu ferm qawwijin.