Lokali Parlament

Kważi 4,000 taħrika lis-sewwieqa li nqabdu jsuqu mingħajr polza tal-assigurazzjoni f’ħames snin

In-numru ta’ taħrikiet maħruġa lis-sewwieqa li nqabdu jsuqu mingħajr polza tal-assigurazzjoni, minn uffiċjali tal-Pulizija, tal-LESA, jew ta’ Transport Malta, skont is-sistema tal-LESA, mis-sena 2020 sas-sena 2024 kien ta’ kważi 4,000.

L-aktar li ngħataw taħkirret kien fis-sena 2021 meta tħarrku b’kollox 1,130. Is-sena li għaddiet inħarġu b’kollox 1,044 taħrika lis-sewwieqa li nqabdu jsuqu mingħajr polza tal-assigurazzjoni.

Iċ-ċifri għal ħames snin li għaddew jinkludu wkoll taħrikiet maħruġa kontra persuni li ppermettew lil ħaddieħor isuq il-vettura tagħhom meta l-polza tal-assigurazzjoni ma kinitx tippermetti dan, u, jew każi fejn is-sewwieqa kienu jsuqu vetturi mhux koperti b’polza ta’ assikurazzjoni.

Meta ta informazzjoni fil-Parlament għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalists Ivan Barolo, il-Ministru Byron Camilleri qal ukoll li f’2020 inħarġu 262 taħrika, l-2022 saru 585 taħrika u fl-2023 ingħataw 950.