Ritratt: Joseph Galea
Andrè Muscat
MARSAXLOKK………….. 0
ĦAMRUN SPARTANS………. 1
Marsaxlokk: M. Calleja Cremona, K. Micallef, N. Muscat, Y. Messias, J. Soares, J. Arias, M. Adamec (J. Quitongo 64’), L. Dessypris, E. Beltre (N. Portelli 90+1), L. Aguirre, R. Scicluna (D. Bonnici 82’)
Ħamrun Spartans: H. Bonello, S. Borg, S. Xerri (E. Domingos 84’), J. Mbong, R. Prsa (D. Letherby 71’), E. Freitas, J. Cadenovic (M. Barbosa da Rocha 84’) O. Bjelicic , R. Mihana (C. Menacho 76’), R. Camenzuli, R. Lopes Silva
Skorjaw: R. Lopes Silva 32’ (ĦS)
Imwissija: R. Camenzuli 43’ (ĦS), E. Freitas 58’ (ĦS), J. Mbong 61’ (ĦS), L. Aguirre 72’ (M)
Referee: Malcom Spiteri
Assistenti Referees: Mitchell Scerri u Shaun Calleja
Ħamrun Spartans kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 kontra Marsaxlokk, riżultat li poġġiehom fost l-ewwel erba’ fil-klassifika u żamm il-momentum tagħhom fil-ġlieda għall-play-offs.
Il-partita fetħet b’rata mgħaġġla, u Ħamrun kienu perikolużi permezz ta’ Prsa li, minn korner ta’ Cadenovic, ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tmur ftit għoli fil-15-il minuta.
Marsaxlokk wieġbu fil-20 minuta meta Soares, wara pass perfett ta’ Scicluna, sab ruħu waħdu fil-kaxxa iżda x-xutt tiegħu ġie mblukkat b’mod brillanti minn Bjelicic eżatt fuq il-linja.
Fit-32 minuta Ħamrun jiftħu l-iskor meta Joseph Mbong tefa’ pass perfett lejn Jonny Lopes, li b’ġirja veloċi, daħal fil-kaxxa u b’xutt preċiż għeleb lil Cremona.
Ħamrun kienu viċin li jirdoppjaw fit-53 minuta iżda l-goalkeeper Calleja Cremona salva tajjeb fuq tentattiv ta’ Mihana. Min-naħa l-oħra, Marsaxlokk ppruvaw jirrispondu b’azzjoni magħmula bejn Muscat u Messias, iżda Bonello salva b’mod sigur.
Fil-mumenti finali, Marsaxlokk kienu viċin id-draw b’xutt ta’ Lopez li ħabat mal-lasta, iżda Bonello reġa’ kien f’postu biex jassigura t-tliet punti għal Ħamrun.
B’dan ir-riżultat Ħamrun assiguraw posthom mal-aħħar erba’ għar-rebħ tal-Kampjonat Premier.
//= $special ?>