Futbol Sport

Sliema Wanderers iġibu fix-xejn lill-Mosta

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Andrè Muscat

MOSTA………….. 1

SLIEMA WANDERERS………. 4

Mosta: D. Akpan (J. Farrugia 83’), S. Cachia, C. Eke (K. Fenech 46’), G. Concalves, C. Failla (B. Farrugia 60’), G. Sciberras (J. Scerri 60’), N. Agius, P. Chibuzor, C. Sunday, J. Vassallo, K. Lampsias (A. Agius 36’)

Sliema Wanderers: E. Agu, J. Borg (N. Strickland 86’), N. Frendo (E. Agius 60’), A. Magri Overend, M. Praidun, M. Breerman, G. Alcino, W. Da Silva (H. Barbosa 86’), K. Nwoko, S. Zibo (M. Bernardo 46’), S. Pisani (S. Kone 60’)

Skorjaw: N. Frendo 27’ (SW), W. Da Silva 35’ (SW), K. Nwoko 59’ (SW), S. Kone 68’ (SW), J. Scerri 85’ (M)

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees: Luke Portelli u Kurt Saliba

Sliema Wanderers kisbu rebħa konvinċenti ta’ 4-1 kontra Mosta f’partita li bdiet b’ritmu kajman iżda li nqalbet f’dominju ċar minn naħa ta’ Sliema hekk kif għadda l-ħin.

L-ewwel taqsima kienet bilanċjata, b’ħafna mill-logħob jikkonċentra f’nofs il-grawnd. Iżda mas-27 minuta, l-iskor infetaħ minn Neil Frendo wara azzjoni sabiħa li bdiet minn Magri Overend. Wescley żied it-tieni tmien minuti wara b’xutt preciz minkejja pressjoni qawwija tad-difiża ta’ Mostija.

Fit-tieni taqsima, Mosta ppruvaw jirrispondu, iżda l-goalkeeper ta’ Sliema kien attent. Sliema kabbru l-vantaġġ fid-59 minuta meta Nwoko approfitta minn żball ta’ Akpan. Fit-68 minuta, Samba Kone għamilhom 4-0 b’daqqa ta’ ras mill-viċin.

Mosta kisbu gowl ta’ konsolazzjoni mal-85 minuta permezz ta’ Jamie Scerri wara xogħol tajjeb ta’ Chibuzor, iżda kien tard wisq biex jinbidlu l-affarijiet.

B’din ir-rebħa, Sliema jkomplu juru l-ambizzjoni tagħhom biex jikkontendu għat-titlu, u telgħu fl-ewwel post flimkien ma’ Ħamrun Spartans bi 28 punt.