Ngħata bidu għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem mill-Partit Nazzjonalista – ċelebrazzjoni li qed tieħu l-forma ta’ attività għall-familji kollha f’Ta’ Qali, biex jitfakkar l-1 ta’ Mejju.

Il-PN għażel l-islogan xogħol, ħajja, kwalità għal Jum il-Ħaddiem ta’ din is-sena…u ilu għal dawn l-aħħar xhur jiltaqa’ u jisma’ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin sabiex ikompli jsaħħaħ il-politika tiegħu. Dan permezz ta’ sensiela ta’ żjarat f’postijiet tax-xogħol, immexxija mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech.
Iċ-ċelebrazzjoni mhijiex biss turija tal-apprezzament lill-ħaddiema kollha ta’ dan il-pajjiż imma wkoll konferma tal-impenn li għandu l-Partit Nazzjonalista favur il-familji u l-ħaddiema kollha.


