Ekonomija Kummerċ Lokali

Il-BOV jirtira l-interess tiegħu mill-akkwist tal-bank HSBC Malta

F’komunikat uffiċjali, il-Bank of Valletta ħabbar li irtira l-interess tiegħu fl-akkwist tal-bank HSBC Malta. Dan wara li kien ġie avviċinat biex jieħu f’idejh, jew ikun parti minn tranżazzjoni għall-akkwist tal-operat tal-HSBC f’pajjiżna.

Il-BOV qal li wara li seta’ kien hemm perċezzjoni li din it-tranżazzjoni kienet se toħloq konċentrazzjoni fl-industrija bankarja, mhuwiex interessat aktar li jidħol f’din it-tranżazzjoni.

Fl-aħħar jiem, kienu bost dawk li tkellmu dwar il-ħtieġa li jinżamm element ta’ kompetizzjoni fis-suq lokali.

Anke l-Aġent Gvernatur tal-Bank Ċentrali saħaq fuq l-importanza tal-kompetitzzjoni fis-suq, meta l-Erbgħa tkellem ma’ Net News. Dan apparti li enfasizza l-ħtieġa li jkun hemm enfasi fuq ir-reputazzjoni u l-affidabbiltà għal minn jieħu f’idejh l-operat tal-bank HSBC Malta.