Soru mill-Brażil, ikkonfermata bħala l-aktar mara anzjana fid-dinja, mietet, fl-aħħar sigħat, fl-età inkredibbli ta’ 116-il sena.
Swor Inah Canabarro Lucas, Kattolika, twieldet fit-8 ta’ Ġunju tal-1908 fl-Istat Brażiljan ta’ Rio Grande do Sul, u kienet daħlet saru qabel għalqet il-25 sena.
Din is-soru kienet ukoll dilettanta kbira tal-futbol u qrabatha qalu li hi dejjem iċċelebrat għeluq sninha b’kejk fil-forma tal-istadium tat-tim favorit tagħha – is-Sport Club Internacional ta’ Porto Alegre.
Swor Inah, li kien berikha l-Papa Franġisku fl-2018, dejjem qalet li l-fidi tagħha fi Kristu għenha biex tgħix għal daqstant żmien u fejn kienet tħobb tikkummenta li ‘ir-rispett u l-qima lejn Alla huma s-sigriet għal ħajja fit-tul’.
Bil-mewt tas-Soru Brażiljana, it-titlu tal-‘Akbar Anzjana tad-Dinja’ issa għadda lil Ethel Caterham, mara ta’ 115-il sena u li hi residenta ta’ Surrey, fl-Ingilterra.
//= $special ?>