Waqt quddiesa fil-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem u fil-Ġublew tal-Ħaddiema, l-Isqof Awżiljarju, Joseph Galea-Curmi qal li x-xogħol qatt m’għandu jkun meqjus bħala kastig iżda, b’differenza, wieħed għandu jħares lejh bħala mezz li bih persuna sservi lis-soċjetà skont il-ħtiġijiet.
Waqt il-quddiesa li saret fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, f’Birkirkara Monsinjur Galea-Curmi fakkar li x-xogħol għandu jsir dejjem id f’id ma’ Alla. Dan meta nsista li wieħed għandu jwarrab kompletament il-kilba għall-flus hekk kif din toħloq biss tbatija.
“Il-kilba għall-flus toħloq sistema biex wieħed ibati u ħaddieħor jistana,” qal Mons Galea-Curmi.
U kien hawnhekk fejn appella biex id-drittijiet ta’ kull ħaddiem ikunu rispettati.
“Irridu nsaqsu: kemm qed inpoġġu s-sigurtà tal-ħaddiema l-ewwel u qabel kollox? Kemm qed nistmaw lil dawk li ġejjin minn pajjiżi oħra?” staqsa Mons Galea-Curmi.
//= $special ?>