Id-dinja tal-Formula 1 fakkret il-31 anniversarju mill-mewt ta’ wieħed mill-aqwa sewwieqa ta’ kull żmien tal-Formula 1 Ayrton Senna.
Senna li kellu 34 sena mieta fil-Grand Prix ta’ San Marino fiċ-ċirkwit ta’ Enzo e Deino Ferrari meta kien għaddej b’veloċita qawwija u ħabat f’ħajt. Il-mewt tiegħu seħħet l-għada li sewwieq ieħor tal-Formula 1 Roland Ratzenberger ukoll kien miet fl-istess ċirkwit.
Bosta partitarji u anke sewwieqa fakkru l-mewt ta’ Senna jiem qabel ma’ jsir il-Grand Prix ta’ Miami fl-Istati Uniti.
//= $special ?>