Hibernians……………………….0
Mġarr U…………………………….2
Hibernians: E. Harrington; N. Geren, A. Galea, J. Dimech (G. Mifsud 54′), K. Chetcuti (N. Celeste 79′), M. Borg, Y. Attard (L. Ayres 52′), N. Sciberras, I. Farrugia, A. Espitia, Joelma.
Mġarr United: G. D’Antuono; A. Said, A. Camilleri, Y. Carella, L. Cefai, V. Villegas, Y. Mendez, M. Hernandez (M. Debono 79′), R. Bajada, A. Villegas, A. Grech.
Referee: Rapjan Xhyra.
Mġarr United kisbu l-ewwel unur maġġuri fil-futbol tan-nisa fl-istorja tal-klabb meta fil-finali tal-Mġarr United champions tal-Assikura Women’s knock-out għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 2-0 f’finali li ntlagħbet fis-Centenary Stadium.
Iż-żewġ gowls waslu fl-ewwel taqsima biex b’hekk dan l-istaġun Mġarr kisbu t-tielet rebħa minn sitt partiti li lagħbu kontra Hibernians dan l-istaġun.
Mġarr fil-vantaġġ wara sitt minuti logħob meta kienet Maria Hernandez li għelbet lil Elizabeth Harrington. Mġarr irdoppjaw eżatt qabel il-mistrieħ meta Alejandra ħadet vantaġġ minn pass ħażin ta’ Natalee Geren li lagħbet lejn Valeria li għamlithom 2-0.
Fi tmiem il-partita, is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Maria Azzopardi u rappreżentant tal-Assikura Insurance Brokers PLC ippreżentaw it-trofew lill-captain ta’ Mġarr Abigail Camilleri fost iċ-ċelebrazzjonijiet mill-plejers u dawk preżenti.
//= $special ?>