Futbol Sport

Nottingham Forest jitilfu f’partita importanti fl-għan tagħhom li jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League

Wara t-telfa fis-semifinali tal-FA Cup kontra Manchester City, Nottingham Forest sofrew telfa oħra din id-darba kontra Brentford bl-iskor ta’ 2-0, liema telfa tpoġġi f’riskju l-post ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej. Minn naħa tagħhom b’din ir-rebħa Brentford żammew ħajjin t-tamiet tagħhom li jiksbu post fl-Ewropa.

Kevin Schade poġġa lil Brentford fil-vantaġġ qabel il-mistrieħ qabel ma’ Yoane Wissa aċċerta mill-punti fis-70 minuta.