It-tim Għawdxi ta’ Victoria Hotspurs u Qrendi se jkunu qed jilagħbu fil-finali tal-BOV Amateur Cup wara li l-Erbgħa filgħaxija għelbu lil Attard u Mellieħa rispettivament.
Rebħa komda għaċ-champions tal-IZIBET Amateur League II Victoria Hotspurs wara li għelbu lit-tim mill-IZIBET Amateur League I, Attard bl-iskor kbir ta’ 5-0. Il-gowls tal-Hotspurs kienu skorjat minn doppjetta ta’ Kurt Borg, Matthias Said, Dejan Bogdanovic u Wellington De Sousa.
Partita aktar bilanċjata kienet dik bejn żewġ timijiet ġejjin mill-IZIBET Amateur League I meta Qrendi ħarġu rebbieħa 3-2 fuq Mellieħa. Kienu Qrendi li marru fil-vantaġġ qabel il-mistrieħ permezz ta’ Bradon Bray. Mellieħa rreġixxew u ġabu l-iskor indaqs fit-53 minuta permezz ta’ Sasa Glumac. Żewġ gowls minn Ayesller Carvalho u Gianfranco Micallef poġġew lil Qrendi 3-1 fil-vantaġġ qabel ma’ Christropher Uzeh naqqas l-iskor fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem il-partita għal Mellieħa.
Il-finali ta’ din il-kompetizzjoni tintlagħab nhar il-Ħadd fl-4.00pm fis-Centenary Stadium.
//= $special ?>