Lokali Parlament

165 tifel u tifla qegħdin jibbenefikaw minn kura alternattiva

Huma 165 tifel u tifla li bħalissa qegħdin jibbenefikaw minn kura alternattiva u nħarġitilhom ordni ta’ permanenza.

Jirriżulta wkoll li 117 kienu jgħixu ġewwa foster placement; 32 kienu jgħixu ġewwa djar residenzjali; u 16 kienu jgħixu ġewwa djar fil-komunità.

Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru Michael Falzon għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Pevi.

Jirrriżulta wkoll minn tweġiba oħra li ta l-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, li fl-2024 kien hemm 8 itfal li ġew addottati mill-istess foster carers u allura l-proċess ingħalaq fl-intier tiegħu. Dawn it-tfal kienu kollha b’ordni ta’ permanenza.

Tul is-sena 2024, kienu milqugħa 15-il applikazzjoni biex tfal, li diġà kellhom ordni ta’ permanenza, jiġu rilaxxati għall-addozzjoni u b’hekk ikunu jistgħu jkomplu bil-proċess biex l-addozzjoni tkun waħda finali.

Hemm tliet applikazzjonijet oħra li għadhom pendenti sabiex jiġu rilaxxati għall-addozzjoni.

Minn dan l-aħħar, total ta’ 18-il każ, 13 minn dawn it-tfal, hemm il-pjan li jiġu addottati mill-istess foster carers li qegħdin jgħixu magħhom bħalissa.

Din l-informazzjjoni ngħatat għal mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Pevi.