Lokali

Ħaddiem ta’ 40 sena jitlef ħajtu fuq il-post tax-xogħol f’Ħaż-Żabbar

Pakistan ta’ 40 sena tilef ħajtu waqt li kien fuq il-post tax-xogħol fi Triq S. Astarita f’Ħaż-Żabbar.

Jidher li l-każ seħħ għall-ħabta tas-18:00, meta ħaddiem waqa ħames sulari waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.

Fil-post isejjħu l-Pulizija kif ukoll tim mediku tal-ambulanza li taw l-ewwel għajnuna madanakollu l-isforzi tagħhom kienu kollha għal xejn, hekk kif ir-raġel kien iddikjarat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat Ian Farrugia ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.