Lokali Parlament

Ħallsu aktar minn nofs miljun ewro f’taxxa

Fis-sena 2022 u fis-sena 2021 kiene erba’ kumpaniji rreġistrati f’Għawdex f’kull sena li ħallsu aktar minn nofs miljun ewro f’corporate tax.

Is-sena l-oħra diġà huma tliet kumpaniji reġstrati f’Għawdex li ħallsu l-istess  ammont ta’ corporate tax.

Hemm kumpaniji li għandhom 18-il xahar biex iħallsu t-taxxa u għalhekk l-ammont jiżdied sal-aħħar ta’ din is-sena. It-taxxa għas-sena 2024 titħallas aktar tard din is-sena.

L-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.