Bħalissa l-Partit Nazzjonalista qiegħed jirċievi informazzjoni u qiegħed isegwi mill-viċin dak li seħħ dan il-lejl fuq bastiment ftit kilometri ’l barra minn xtutna.
Il-Partit Nazzjonalista, f’dan l-istadju, mhuwiex se jikkummenta jew jispekula dwar jekk dan kienx attakk militari jew le. Għall-Partit Nazzjonalista s-sigurtà nazzjonali tiġi l-ewwel.
Madanakollu, il-Partit Nazzjonalista jisħaq li f’dan il-mument irridu nifhmu u nirrealizzaw kif – ġara x’ġara fuq il-baħar – hemm bżonn li l-poplu Malti jkollu serħan il-moħħ dwar x’qed jiġri f’din iz-zona.
Dan billi jkun hemm ġbir ta’ intelligence, viġilanza u kontroll aħjar fuq x’qed jiġri f’Hurds Bank: kemm għal raġunijiet marbutin ma’ sigurtà, iżda wkoll għal raġunijiet oħra bħal attivitajiet li ġew irrappurtati li jseħħu f’istanzi oħra bħal attivitajiet kriminali fuq il-baħar, kif ukoll għal raġunijiet li jistgħu jaffettwaw l-attivitajiet kummerċjali u kwistjonijiet li jirrigwardjaw l-ambjent marittimu ta’ pajjiżna.
Biex nifhmu ftit, Hurds Bank tinsab madwar 12-il mil nawtiku (22km) ’il barra minn Marsaskala.
Il-Partit Nazzjonalista jieħu l-opportunità biex jirringrazzja lill-uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta u lil dawk kollha li assistew u intervjenew f’dak li seħħ dan il-lejl.
dan intqal fi stqarrija minn Darren Carabott ix-Shadow Minister għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi u Ivan Castillo ix-Shadow Minister għas-Settur Marittimu, id-Djalogu Soċjali u l-Ġlieda Kontra l-Għoli tal-Ħajja
//= $special ?>