Fil-preżent m’hemmx Ċentri tas-Saħħa li għandhom panelli solari. Dan minkejja l-għajta tal-Gvern Laburista favur l-ambjent u li jrid aktar enerġija minn sorsi differenti. Dan hu wkoll nuqqas ta’ investiment mill-Gvern f’pajjiżna favur l-ambjent.
Dan – li m’hemm ebda panelli solari fuq iċ-ċentri tas-Saħħa – kien ikkonfermat mill-Ministru JoEtienne Abela meta fil-Parlament kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Il-Ministru għas-Saħħa qal, iżda, li din il-possibbilità qed tiġi kkunsidrata.
//= $special ?>