Lokali

Persuna l-Isptar wara li nqaleb vann fi Triq it-Tiġrija

Persuna qed tingħata l-kura l-Isptar Mater Dei wara li nqaleb bil-vann li kien qed isuq.

L-inċident seħħ fi Triq it-Tiġrija, ir-Rabat, għall-ħabta tas-1:45pm.

Il-kundizzjoni u l-identità tal-vittma għadhom mhux magħrufa.

Wieħed qed jintalab biex isuq b’attenzjoni quddiem dan l-inċident.