Raġel ta’ 43 sena residenti x-Xewkija, sofra ġrieħi gravi fi triq Fuq il-Għajn, f’Għajnsielem. Il-pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li ntalbet l-assistenza medika għall-ħabta tan-nofsiegħa, kmieni l-Ħamis filgħodu.
Minnufih il-Pulizija marret fuq il-post fejn sabet il-vittma ta’ 43 sena, bi ġrieħi kkawżati minn strument li jaqta’ u bil-ponta. L-uffiċjali wettqu tfittxija fuq il-post fejn identifikaw l-allegat agressur, Ġermaniż ta’ 35 sena. Il-Ġermaniż ġie arrestat minnufih.
Iż-żewġ persuni ttieħdu permezz t’ambulanza fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn aktar tard ir-raġel ta’ 43 sena mix-Xewkija ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>