Sewwieq tal-mutur ta’ 63 sena resident l-Għarb, Għawdex weġġa’ serjament wara ħabta llum fl-Imġarr.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq l-Imġarr, l-Imġarr stess. Mill-ewwel stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Starlet misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti l-Mosta u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 63 sena residenti l-Għarb, Għawdex.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Ian Farrugia kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>