Ekonomija Lokali

Tkompli tiżdied ir-rata tal-għoli tal-ħajja

Ċifri maħruġa llum mill-Eurostat juru li f’April kompliet tiżdied ir-rata tal-għoli tal-ħajja f’pajjiżna, bir-riżultat li kompla jiżdied il-piż fuq il-familji, il-ħaddiema u anke l-pensjonanti.

L-istatistika uffiċjali turi li f’April, l-inflazzjoni f’Malta kienet ta’ 2.5%. Dan ifisser żieda kemm fuq ix-xahar ta’ qabel kif ukoll fuq April 2024.

Inkwetanti wkoll il-fatt li meta l-medja Ewropea hi ta’ 2.2%, ir-rata tal-għoli tal-ħajja f’Malta hija akbar.

L-istess ċifri juru wkoll li l-piż tal-prezzijiet f’pajjiżna huwa ferm akbar minn pajjiżi oħra Ewropej, fosthom l-Irlanda, Spanja, l-Italja, Ċipru u anke l-Portugall li għandhom inflazzjoni inqas minn Malta.