Lokali

Yorgen Fenech offra lil Theuma “deheb u arloġġi lussużi”

Hekk kif il-ġuri daħal fit-8 jum tiegħu, illum fil-Qorti ssemma’ kif Yorgen Fenech kien prova minn kollox biex iżomm lil Melvin Theuma qrib tiegħu. U saħansitra, kien offrielu mhux biss arloġġi lussużi iżda anke riedu jiftaħ miegħu ħanut tad-deheb fil-Belt.

Melvin Theuma qed jinsisti li Fenech ried jixtri s-silenzju tiegħu, għaliex kien jaf li hu seta’ kixef kollox dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Waqt li dalgħodu kompla l-każ quddiem il-ġurati, Melvin Theuma – li huwa l-middleman fl-assassinju ta’ Caruana Galizia – fisser kif hu kien jibża’ li Yorgen Fenech se joqtlu. U huwa għalhekk li ġabar ammont ta’ recordings fuq pendrives.

Dawn huma l-famużi recordings li fihom jissemma’ wkoll l-Eks Chief of Staff ta’ Muscat, Keith Schembri.

Intant, fil-bidu tas-seduta tal-lum, wieħed mill-ġurati riserva ġie mmultat €1,000. Dan wara li inqabad juża tablet – xi ħaġa li l-ġurati huma projbiti milli jagħmlu, għaliex ma jistgħux ikollhom kuntatt ma’ barra.