Il-Prim Ministru Awstraljan se jerġa’ jkun Anthony Albanese wara li l-Mexxej tal-Oppożizzjoni Peter Dutton ħabbar it-telfa. Dan ifisser li l-Labour Party rebaħ il-maġġoranza u żamm il-Gvern hekk kif l-ewwel riżultati indikaw li l-poplu Awstraljan kellu vot b’saħħtu kontra l-koalizzjoni Liberali Nazzjonali ta’ Dutton.
Jidher li mhux talli ma rebaħx l-elezzjoni iżda tilef saħansitra s-siġġu parlamentari, xi ħaġa li kienet ilha ma sseħħ fl-Awstralja sa mill-2007.
Dutton refa’ kull responsabbiltà u saħansitra għamel apoloġija lill-partitarji tiegħu, dan filwaqt li Anthony Albanese rringrazzja lil kull min wera fiduċja fit-tmexxija tiegħu u ħeġġeġ lil kulħadd biex ikomplu jxammru l-kmiem. L-ewwel indikazzjonijiet qed juru li l-Partit ta’ Albanese rebaħ aktar minn 80 siġġu fil-parlament bil-Partit ta’ Dutton jikseb biss 32 siġġu.
//= $special ?>