Futbol Sport

Arsenal megħluba minn Bournemouth, Villa b’rebħa importanti għall-post mal-ewwel 5

(Ritratt: EPA)

Fil-Premier League, Aston Villa resqu iktar qrib post mal-ewwel ħamsa meta għelbu lil Fulham 1-0 f’Villa Park. Il-midfielder Belġjan Youri Tielamans jiskorja l-gowl deċiżiv minn assist ta’ John McGinn.

Riżultat li ma jbiddel xejn bejn Everton u ipswich Town ta’ 2-2 hekk kif Ipswich diġa relegati filwat li Everton m’huma qed jissieltu għal xejn. Everton jiskorjaw fl-ewwel taqsima minn Beto u McNeil, b’Ispwich jirrisopndu fl-istess taqsima permezz ta’ Enciso. Il-gowl tad-draw jasal minn Geirge Hirst fit-78 minuta.

Riżultat irrelevanti ieħor bejn żewġ timijiet relegati. Southampton tilfu ċans li mank jiksbu punt kontra Leicester biex ma jsirux l-agħar tim fl-istorja tal-Premier hekk kif ġew megħluba minn Leicester City 2-0.
Il-veteran Jamie Vardy kompla juri kemm għadu ta’ livell meta fetaħ l-iskor fis-17-il minuta, segwit minn gowl ta’ veteran ieħor fl-44 minuta minn Jordan Ayew.

Fl-aħħar partita tas-Sibt Arsenal tilfu kontra Bournemouth bl-iskor ta’ 2-1. Rebħa tajba għaċ-Cherries biex tlegħu fit-tmien post.

Il-Gunners daħlu jistrieħu fil-vantaġġ permezz ta’ Declan Rice, qabel Bournemouth jillevelaw b’ Huijsen u Evanilson jagħtihom ir-rebħa.

Il-Ħamis
Brentford v Nottingham F. 0-2
Il-Ġimgħa
Man.City v Wolves 1-0
Illum
A.Villa v Fulham 1-0
Leicester C. v Southampton 2-0
Everton v I.Town 2-2
Arsenal v Bournemouth 1-2
Għada
Brentford Man. Utd 3:00pm
Brighton v Newcastle U. 3:00pm
West Ham U. v Tottenham 3:00pm
Chelsea v Liverpool 5:30pm
It-Tnejn
C.Palace v Nottingham F. 9:00pm