Futbol Sport

Balzan relegati għaċ-Challenge League, Naxxar Lions jilagħbu fi play-off kontra Melita

(Ritratt: Joseph Galea)

BALZAN……………………1

NAXXAR LIONS………….1

Balzan: D.Golovic (D.Ciappara 70’), M.Grima, N.Pulis, J.Busuttil (I.Westendorf 70’), B.Hili (M.Bacanin 46’), D.Awosanya, H.Stanic, L.Lukovic (N.Enzo 78’), V.Llorens (J.Grech 78’), U.Akpan,  E.Kamsoba

Naxxar Lions: M.Debono, N.Micallef, B.Sane, N.Pace Cooks,  E.Angulo, E.Farias (G.Bonanno 83’), H.Coelho (J.Leal 90’), M.Da Silva (Y.Ito 65’), H.Martins, F.Pereira, J.Cardoso

Imwissija: L.Lukovic 52’, O.Awosanya 90’ , N.Pulis 90’ (B) J.Cardoso 90’ (N)

Skorjaw: B.Sane 57’ (N), O.Awosanya 85’ (B)

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees: Luke Portelli u Max-Lee Muscat

Balzan saru l-ewwel tim li ġew relegati għaċ-Challenge League, hekk kif kull ma rnexxielhom jiksbu punt mill-konfront tagħhom kontra Naxxar Lions f’partita deċiziva tal-Closing Round.

Din ir-relegazzjoni waslet wara li Balzan temmew fil-post ta’ qabel tal-aħħar fl-ewwel rawnd ukoll, li jfisser li ġew relegati awtomatikament. Intant, Naxxar Lions temmew fl-aħħar post fl-Opening Round, pero t-tielet fil-Closing Round bottom six, ifisser li se jilagħbu fi play-off kontra Melita li temmew fl-aħħar post tal-bottom six fil-Closing Round.

Il-play-off se tintlagħab il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju fit-Tony Bezzina Stadium fis-7:00pm.

Naxxar Lions fetħu l-iskor wara 57 minuta minn throw in ta’ Nikolai Micallef lejn Sane li niżżel il-ballun bir-ras u xeħet fix-xibka.

Balzan kisbu d-draw 5 minuti qabel tmiem il-partita permezz ta’ Awosanya Dimeji, madankollu l-gowl ma kienx biżejjed biex jevita t-telfa għal Balzan.

Gżira United…………..2

Melita…………………..2

Gżira United: J.Badawi, G.Bohrer, A.Borg, F.Hassany (T.Aldama 57’), L.Macula, M.Shaquill (J.Hedley 86’), M.De Filippis (K.Tulimieri 57’), K.Zammit, S.Schembri (T.Espindola 67’), B.Borg (G.Ghigo 86’86’), J.Mendoza

Melita: G.Mizzi, A.Aquilina (N.Mifsud 46’), J.Attard, K.Mohnani, M.Debattista, M.Bovenkamp, J.Abela, E.Attard (M.Sammut Peresso 46’), P.Galea Testaferrata (C.Gyamfi 70’), K.Bondin (G.Barone 70’)

Skorjaw:  L.Macula 12’, K.Tulimieri 83’ (G), E.Attard 14’, 33’ (M)

Imwissija: K.Zammit 77’ (G)

Referee: Ishmael Barabara

Assistenti Referees: Roberto Vella u David Castillo

Partita kumbattuta li ħalliet lil Melita tilagħab fi play-off għar-relegazzjoni kontra Naxxar Lions bl-iskor finali jkun 2-2.

Lucas Macula jiftaħ l-iskor għall-Maroons fit-12-il minuta.

Iż-żgħażugħ Ensell Attard ġab l-iskor indaqs żewġ minuti wara, bl-istess Attard jirdoppja l-iskor fit-33 minuta.

Kevin Tulimieri jagħmale l-iskor indaqs għat-tieni u l-aħħar darba fil-partita fit-83 minuta.