Lokali

Il-Ministru Byron Camilleri ma jikkundannax l-attakki fuq il-bastiment Consience

Il-Ministru Byron Camilleri ma jridx jikkundanna l-attakk li twettaq mill-Iżraeljani . Dan hekk kif fis-sighat bikrin tat-2 ta’ Mejju, bastiment bl-isem ta’ Consience tal-Freedom Flotilla Coalition kien attakkat minn drones waqt li kien fi triqtu lejn Iżrael.

L-attakk twettaq ftit ‘il barra mill-Ibħra Maltin, bl-ajruplan Iżraeljan itir fil-viċinanzi ta’ pajjiżna.

F’kollegament telefoniku waqt il-programm ta’ Andrew Azzopardi fuq l-RTK, il-Ministru Byron Camilleri insista li hu jista jitkellem biss fuq fatti u li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Mistoqsi minn Azzopardi jikkundannax dan l-attakk – Camilleri qgħad lura.

Dan filwaqt li b’rabta mas-sentenza tal-Qorti Ewropea li kkundannat l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti tal-Gvern bħala illegali – il-Ministru Camilleri insista li l-Gvern se jkun qiegħed jirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti u jekk hemm ħtiġijiet li jinbidlu affarijiet, jinbidlu.

Camilleri saħaq li pajjiżna akkwista miljuni kbar ta ewro minn din is-sistema – għalkemm xorta waħda qed titqies bħala illegali u faħħar lil kull min  akkwista tali passaport.

Fl-aħħar ġimgħa l-Financial Times irrapportat kif numru ta’ persuni mir-Russja bħan-negozjant Albert Avdolyan  intlaqtu minn sanzjonijiet ewropej b’rabta mal-gwerra fil-Lvant tal-Ewropa….madanakollu hu flimkien ma oħrajn jistgħu xorta waħda jidħlu fl-Ewropa minħabba li xtraw iċ-ċittadinanza Maltija.

F’intervent separat, ix-Shadow Minister Darren Carabott sostna li bħala Partit Nazzjonalista qed jinsisti fuq miżuri short term u fit-tul . Huwa saħaq li għalissa għandha tiġi sospiża sakemm issir ir-riforma iżda insista huwa ċar li l-Gvern ma kienx matur għaliex wieħed jippretendi li l-Gvern kien lest jilqa’ għal kull eventwalità.

Darren Carabott temm jgħid li – Il-pożizzjoni tal-PN hija ċara, rabta ġenwina u leali mal-pajjiż. Il-Pożizzjoni tal-pajjiż hija li jekk persuna se tieħu dan il-privileġġ irid ikollok prova ta’ investiment serju f’Malta.