“Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jressaq politika ta’ fejda għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin”
Hekk iddikjara il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta s-Sibt filgħodu żar in-negozji f’Tas-Sliema.
Fejn insista illi l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jressaq politika ta’ fejda għall-ħaddiema u xhieda ta’ dan hija l-wegħda tal-Partit Nazzjonalista – li Gvern ġdid Nazzjonalista ma jintaxxax l-ewwel 10 elef ewro ta’ overtime jew part time tal-ħaddiema.
Bernard Grech spjega wkoll li kienu biss reazzjonijiet pożittivi għall-miżura li tħabbret propju f’Jum il-Ħaddiem.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna illi dan se jfisser aktar flus fil-but tal-familji Maltin u Għawdxin…illi tant jaħdmu sabiex ikollhom livell ta’ ħajja li tixraqilhom.
Fl-aħħar jiem il-Partit Nazzjonalista ħabbar miżura, li biha l-familji Maltin u Għawdxin se jkollhom aktar flus fil-but…fejn wiegħed illi mhux ħa jkun qed jintaxxa lill-ħaddiem fuq l-ewwel 10 elef ewro ta’ overtime jew fuq part-time li jsir apparti l-full time.

Għal din iż-żjara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mis-Segretarju Generali tal-PN Charles Bonello, is-Shadow Ministers Graham Bencini, Eve Borg Bonello u Joe Giglio, flimkien mal-kunsilliera u kandidati f’isem il-Partit Nazzjonalista.
