Lokali

Jibqgħu jiddefendu l-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza kif inhi

Il-backbencher u eks Segretarju Parlamentari responsbbli mill-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, Alex Muscat, baqa’ jiddefendi l-iskema iddikjarata illegali mill-Qorti Ewropea.

Muscat issokta bid-difiża tal-fatt li Gvern tal-Labour għamel użu minn struttura illegali b’rabta mal-bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija…, skema li dak iż-żmien l-eks Prim Minsitru Joseph Muscat kien ħema minn wara dahar il-poplu. Id-deputat Laburista saħanistra kompla jinjora l-fatt li l-Qorti Ewropea iddikjara din l-iskema introdotta minn Gvern Labuista bħala illegali.

Minn naħa tiegħu, ix-Shadow Minister Darren Carabott, insista illi l-Qorti Ewropea iddikjarat biċ-ċert li l-programm tal-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija huwa illegali.

Bid-Deputat Nazzjonalista jispjega illi ma tistax tpoġġi prezz fuq iċ-ċittadinanza Maltija.

Darren Carabott sostna li hemm numru ta’ argumenti etiċi li jidħlu fil-bejgħ illegali taċ-ċittadinanza.

Carabott spjega wkoll li l-Gvern ta’ Abela ma jistax jagħti garanzija li dawk li huma verament fil-bżonn se jiġu mgħejuna…dan minkejja li l-Gvern Laburista jiftaħar bit-tkabbir ekonomiku.

Fl-aħħar jiem il-Qorti Ewropea iddikjarat illi l-programm tal-bejgħ taċ-ċittadinaza Maltija bħala wieħed illegali…bil-Gvern ta’ Robert Abela jinsisti illi dan mhux minnu minkejja s-sentenza kundannabbli mill-Qorti Ewropea.