Raġel ta’ 45 sena minn Ħal Kirkop intbagħat 6 snin ħabs wara li nstab ħati li pprova jqabbad residenza fil-Marsa lura fl-2017.
Aaron Cassar instab ħati, illi fil-lejl ta’ bejn il-11 u 12 ta’ Frar tal-2017, pprova jqabbad residenza fil-Marsa, filwaqt li seraq karozza u kiser numru ta’ sentenzi tal-Qorti.
Il-Pulizija bdiet tinvestiga dan il-każ lura fit-12 ta’ Frar tal-istess sena, meta kien instab mejjet Sylvester Farrugia, żagħżugħ ta’ 25 sena, fi Triq Simpson wara li kien maqtul b’tiri ta’ arma tan-nar.
Il-Pulizija kienet arrestat lil Deniro Magri b’rabta ma’ dan id-delitt….u fil-post fejn seħħ l-omiċidju kienet instabet evidenza ta’ attentat ta’ ħruq. B’Magri jiddikjara li kien ra żewġ persuni jersqu lejn il-bieb tad-dar tiegħu, huwa kien spara xi tiri lejhom.
Intant, Aaron Cassar kien ċaħad li qatt kien fejn seħħ l-omiċidju..iżda l-Maġistrat Ann Marie Thake stqarret illi hemm biżżejjed evidenza li turi li Cassar filfatt kien fil-post u għaldaqstant ikkunsidrat ir-rekord kriminali tiegħu meta ddeċidiet li tagħtih sentenza ta’ 6 snin ħabs u ordnatlu jħallas elfejn ewro fi spejjeż tal-Qorti.
//= $special ?>