Raġel ta’ 48 sena residenti s-Siġġiewi ngħata l-libertà proviżorja wara li wieġeb mhux ħati li pprova jivga lill-partner tiegħu biżwit il-baħar.
Il-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Victor Axiak semgħet kif fl-ewwel ta’ Mejju, il-mara rrappurtat illi hi u l-partner tagħha marru fejn il-baħar ma’ grupp ta’ ħbieb..bl-akkużat tagħha jitlaq mill-post u jerġa’ lura allegatament taħt l-effetti tal-alkoħol.
Bl-allegat vittma tistqarr li meta ntebħet li kienu se jargumentaw, hija marret lejn il-karozza tagħhom fejn ir-raġel allegatament prova jivgahha u anke ħadilha ċ-ċwievet minn idejha.
Il-koppja ilhom flimkien għal dawn l-aħħar ħames snin, iżda, lura f’Settembru li għadda, ir-raġel ingħata probation u anke ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma wara li hija kienet qalet li qabadha minn għonqha…bil-koppja tkompli bir-relazzjoni tagħha wara dan l-inċident.
Fil-Qorti ħareġ kif il-vittma, kellha feriti ħfief, bir-risk assessment juri li qegħdha f’riskju għoli li tinqatel mill-partner tagħha.
L-allegat aggressur ingħata l-pleġġ fuq depożitu ta’ elf ewro u garanzija personali ta’ 20 elf ewro, filwaqt li ordnatlu jiffirma l-ktieb tal-bail fl-għassa ta’ Ħal Qormi. Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma filwaqt li kien ordnat sabiex ma jersaqx lejn il-lokalità li fiha tgħix il-vittma.
//= $special ?>