Lokali Qorti

Jingħata sentenza sospiża wara li nqabad għarwien fit-triq

Turist Awstrijak ta’ 36 sena kien ikkundannat għal 6 xhur priġunerija sospiżi għal tlett snin wara li ammetta li nqabad jiġri għarwien fit-toroq tas-Swieqi.

Patrick Benhauser ta’ 36 sena, wasal f’pajjiżna fl-ewwel ta’ Mejju – lejliet li wettaq ir-reat. Il-Pulizija għamlet tfittxija għalih fl-appartament li kien qed joqgħod fih iżda ma sabitux, b’Benhauser imur hu stess fl-għassa.

Quddiem il-Maġistrat Victor Axiak, huwa ammetta illi kien taħt l-effetti tal-alkoħol, kien dejjaq żewġ persuni, ġab ruħu b’mod disrispettuż u kiser il-paċi pubblika.