Is-sewwieq żgħażugħ Kimi Antonelli sar l-iżgħar sewwieq li qatt daħal fil-pole position fl-isrint tal-Miami Grand Prix.
Is-sewwieq ta’ 18-il sena għeleb lil Oscar Piastri, li qed ikollu l-aqwa staġun tal-karriera dan hekk kif qed jokkupa l-ewwel post fil-kampjonat. Antonelli daħal qabel Piastri b’differenza minima ta’ 0.045-il sekonda. Lando Norris daħal fit-tielet post, quddiem Max Verstappen ta’ Red Bull.
Is-sewwieq l-ieħor ta’ Mercedes George Russell daħħal fil-ħames post, 0.309 sekonda iktar mit-talent Taljan.
Kienet prestazzjoni mill-aqwa ta’ Antonelli, fejn kienet ukoll l-ewwel darba li t-Taljan daħal qabel Russel fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni dan l-istaġun.
//= $special ?>