Fil-Jum Internazzjonali għall-Istampa Ħielsa, ntennu l-appoġġ għall-ġurnalisti madwar iddinja li jkomplu jirrapportaw il-verità minkejja ż-żieda fit-theddid. Dan it-theddid jinkludi ċċensura, l-intimidazzjoni, theddid legali, u żieda fil-prekarjat. Stampa ħielsa mhijiex ideal
astratt. Hu twemmin li għandu jissarraf kuljum f’kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin għal dawk li
jipproduċu l-aħbarijiet.
Fi stqarrija, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin fakkar illi f’Malta, l-istampa ħielsa titnawwar meta l-ġurnalisti jitħallsu inqas milli suppost, jitħaddmu iktar milli suppost, ikunu l-vittmi ta’ intimidazzjoni minħabba xogħolhom, jew jittieħdu l-qorti talli qed jagħmlu xogħolhom. Stampa verament ħielsa tiddependi fuq is-saħħa, s-sigurtà u ddinjità tal-ġurnalisti.
Dawk li jaħdmu għal rashom, u ħaddiema fil-midja diġitali huma ħafna drabi fost l-iktar
vulnerabbli. Madankollu, huma ħolqa importanti għal iktar diversità fix-xena tal-midja
indipendenti.
Għalhekk il-unjin tagħna tinsisti fuq verità sempliċi: Id-drittijiet tal-ħaddiema u l-istampa
ħielsa jimxu id f’id. L-istampa ħielsa għandha bżonn ġurnalisti b’saħħithom, indipendenti u
msieħba f’unjin.
Ġurnalisti msieħba f’unjin jistgħu jirreżistu iktar l-indħil f’deċiżjonijiet editorjali, jitolbu
trattament ekwu, u jipproteġu l-indipendenza tagħhom. Is-saħħa kollettiva tgħin lill-ġurnalisti
jirreżistu pressjoni li tista’ ssirilhom mis-sidien, minn min jirrekklama, u mill-politiċi. Is-saħħa
kollettiva tgħin lill-ġurnalisti jieħdu ħsieb lil xulxin f’ambjent li dejjem qed isir iktar ostili.
Fil-Jum għall-Istampa Ħielsa ntennu l-appell għal:
- Protezzjoni legali iktar b’saħħitha kontra l-intimidazzjoni tal-ġurnalisti u kawżi legali
abbużivi - Għajnuna pubblika u sussidji għall-ġurnaliżmu indipendenti
- Titjib fid-drittijiet fuq il-post tax-xogħol li jipproteġi lill-ġurnalisti mill-esplojtazzjoni u
ċ-ċensura
Ma tistax tiddefendi l-istampa ħielsa mingħajr ma tiddefendi lin-nies li jipproduċu laħbarijiet. Dan ifisser sostenn lill-ġurnalisti bħala ħaddiema; ifisser iktar saħħa meta jkunu
parti minn unjin.