Futbol Sport

Leeds United champions tal-EFL Championship bl-iktar mod drammatiku

Fl-aħħar ġurnata tal-EFL Championship, Leeds United irnexxielhom jirbħu l-kampjonat bl-iżjed mod drammatiku wara li għelbu lil Plymouth Argyle bl-iskor ta’ 2-1, bil-gowl tar-rebħa jasal fil-91 minuta minn Manor Solomon. Permezz ta’ dawn it-tlett punti Leeds spiċċaw fl-ewwel post b’100 punt wara 46 partita, l-istess ammont ta’ punti fuq Burnley fl-istess ammont ta’ partiti.

Leeds ġew inkuranti champions minħabba d-differenza fil-gowls.

B’din it-telfa drammatika għal Plymouth Argyle, huma ġew relegati għall-EFL League 1, dan anke minħabba l-bidu ħażin li kellu l-kowċ u eks leġġenda ta’ Manchester United Wayne Rooney mal-klabb, fejn f’23 partita rebaħ biss 4 partiti.

Leeds United u Burnley huma ż-żewġ timijiet ikkonfermati li telgħu għall-Premier League s-sena d-dieħla, b’ Sheffield United, Sunderland, Coventry City u Bristol City kollu jtemmu mal-ewwel sitta biex jikkwalifikaw għall-Play-offs biex ikunu t-tielet tim li jikseb il-promozzjoni għall-aqwa kampjonat domestiku fl-Ingilterra.