Lokali

Mara ta’ 73 sena mix-Xagħra Għawdex tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fix-Xagħra stess

Il-Ġimgħa għall-ħabta tal-5pm il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xagħra, ix-Xagħra, Għawdex. Dan wara li minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza Hyundai misjuqa minn raġel ta’ 74 sena residenti x-Xagħra u Nissan misjuqa minn Albaniż ta’ 33 sena.

Fil-Hyundai kien hemm ukoll mara ta’ 73 sena residenti x-Xagħra.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lit-tliet persuni l-Isptar Ġenerali ta’
Għawdex. Iktar tard, l-irġiel ġew iċċertifikati bi ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li l-mara ġiet
iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.