Sport Waterpolo

Sliema jkomplu jittamaw u jħallu kollox għall-aħħar logħba

(Ritratt: Joseph Galea)

Stewart Said

SLIEMA FRANK SALT………… 11

NEPTUNES BEST GYMS…..…. 9

(5-3), (2-1), (2-5), (2-0)

Għaż-żewġ timijiet kien imperattiv il-massimu tal-punti biex jibqgħu b’ċans li jilħqu lil San Ġiljan fil-quċċata qabel l-aħħar logħba l-ġimgħa d-dieħla. Kienu Sliema li ħarġu rebbieħa biex reġgħu jinsabu tliet punti taħt il-Ġiljaniżi qabel l-aħħar konfront bejniethom.

Sliema fetħu tajjeb u marru 3-1 fil-vantaġġ b’żewġ gowls minnhom li waslu minn azzjoni ta’ superjorità numerika. Neptunes naqqsu d-distakk darbtejn iżda Sliema wieġbu biex żammew il-vantaġġ doppju. Sliema kkonsolidaw il-vantaġġ fit-tieni sessjoni iżda lejn tmiemha, sfortunatament tilfu lill-captain John Brownrigg li qala’ spalltu.

Ispirati minn Stevie Camilleri, Neptunes daħlu fil-logħba fit-tielet sessjoni u qatgħu d-distakk għal 9-8, bit-tripletta tan-numru sebgħa fosthom gowl individwali mill-isbaħ. Lejn tmiem is-sessjoni, Jake Bajada għamel l-iskor indaqs mis-centre.

Ir-riżultat seta’ jmur kull naħa fl-aħħar sessjoni. Iż-żewġ timijiet riedu r-rebħa imma fl-istess ħin kienu kawti li ma jsofrux il-gowl konxji li rebħa biss setgħet tissodisfahom. Kien b’anqas minn żewġ minuti għat-tmiem li Sliema skorjaw il-gowl tar-rebħa b’konklużjoni minn pożizzjoni angolata ta’ Sam Engerer, biż-żagħżugħ l-ieħor Elijah Schembri ssiġilla r-rebħa b’għaxar sekondi mit-tmiem.

Sliema: N. Grixti, E. Schembri (1), L. Galea (5), J. Cassar, B. Cachia, D. Rizzo (1), J. Brownrigg, J. Chircop, D. Zammit (2), B. Busuttil, S. Engerer (2)

Neptunes: M. Castillo, E. Mallia (1), S. Gialanze (1), L. Mallia, J. Camilleri, J. Valletta, S. Camilleri (4), M. Castillo (1), S. Mifsud, J. Bajada (2), A. Fava, M. Azzopardi, P. Rosley, B. Schranz

Referees: Ricardo Carmignani, Ronnie Spiteri

SAN ĠILJAN JP PROJECTS…. 12

SIRENS BUILD FITNESS……… 6

(2-2), (7-2), (1-2), (2-0)

L-ostaklu Sirens Build Fitness ġie megħlub ukoll. San Ġiljan JP Projects issa jinsabu punt bogħod milli jirbħu l-Kampjonat tax-Xitwa wara rebħa komda hekk kif il-Ġiljaniżi għamluha faċli għalihom infushom. Kien mistenni aktar minn Sirens wara l-aħħar prestazzjonijiet, iżda l-kroll fit-tieni sessjoni kien determinanti.

Sirens wieġbu darbtejn wara l-gowls tal-avversarji fl-ewwel sessjoni iżda erba’ gowls konsekuttivi f’madwar minuta u nofs fil-bidu tat-tieni sessjoni, poġġew lil San Ġiljan 6-2 minn fuq. Il-vantaġġ kiber għal sitt gowls sakemm gowls minn Peter Borg u Jerome Zerafa Gregory waqqfu s-serje ta’ gowls Ġiljaniżi.

It-tim ta’ Giorgos Katsaounis kompla jikkontrolla tul it-tielet sessjoni, b’Sirens setgħu biss inaqqsu d-distakk għal erba’ gowls. Il-ħin fl-aħħar sessjoni kompla għaddej u r-reazzjoni ta’ Sirens baqgħet ma waslitx. San Ġiljan issiġillaw ir-rebħa b’żewġ gowls lejn it-tmiem minn Nikolai u Matthew Zammit.

San Ġiljan: M. Xerri, D. Bugeja, D. Tully, G. Bonavia, R. Caruana (2), M. Zammit (3), J. Bonavia (2), B. Plumpton (1), J. Abela (1), N. Zammit (2), D. Zammit (1), N. Schiavone, L. Dimech

Sirens: J. Parnis, A. Dimech, P. Borg (1), J. Cachia (2), K. Agius, M. Ortoleva, I. Riolo (1), J. Zerafa Gregory (1), M. Sciberras, Z. Mizzi, G. Farrugia (1), I. Schembri, G. Pace

Referees: Antonio Torneo, Stefan Licari

Kif Jinsabu

Kampjonat Premier

                              L             R            D            T             F             K            Pti

San Ġiljan          9             7             1             1             106        68          22

Sliema               9             6             1             2             100        72          19

Neptunes           9             4             2             3             94          81          16

Sirens                9             4             2             3             77          77          15

Valletta              9             2             2             5             101        114        9

Birżebbuġa        9             0             0             9             61          127        0

* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties

Logħob li jmiss

Is-Sibt 10 ta’ Mejju

Neptunes v B’buġa        3.00pm

Valletta v Sirens              4.10pm

San Ġiljan v Sliema        5.20pm

EXILES WELBEE’S……………. 6

OTTERS NIVEA…………..……. 4

(2-0), (1-1), (1-1), (2-2)

Il-konferma jekk Exiles Welbee’s humiex l-aħjar tim fl-Ewwel Diviżjoni kompliet tkun konfermata bid-disa’ rebħa minn disgħa. Exiles qatt ma kienu minn taħt fil-logħba u d-differenza spiċċat biex kienet iż-żewġ gowls skorjati minn Exiles fl-ewwel sessjoni.

Għalkemm Exiles baqgħu fil-kontroll, Otters pruvaw jissieltu iżda kien biss fil-bidu tal-aħħar sessjoni li Otters naqqsu d-differenza għal gowl permezz taż-żagħżugħ Vito Figliomeni. Madankollu Exiles aċċertaw mit-tliet punti fl-aħħar żewġ minuti b’gowls ta’ Matteo Martellacci u l-captain Kurt Griscti. Exiles ikunu preżentati bit-trofew ta’ rebbieħa tal-Ewwel Diviżjoni l-ġimgħa d-dieħla.

Exiles: A. Borg Cole, T. Agius (1), Z. Micallef (1), D. Pace Lupi (1), M. Martellacci (2), G. Gatt, M. Fenech, K. Griscti (1), L. Hyzler, K. Tanti, K. Navarro, M. Paris Roding, G. Galea Curmi, M. Naudi

Otters: Z. Dzanovic, M. Bonnici, N. Cini, A. Azzopardi, M. Meli, D. Dimech, C.J. Saliba (1), N. Rizzo, T. Camilleri (1), V. Figliomeni (1), M. Farrugia (1), P. Tabone, D. Vella, S. Cutajar

Referees: Ricardo Carmignani, Juana Cauchi

Kif Jinsabu

L-Ewwel Diviżjoni

                              L             R            D            T             F             K            Pti

Exiles                  9             9             0             0             101        52          27

Marsaxlokk        9             5             1             3             79          75          17

Otters                 9             4             3             2             85          67          15

Ta’ Xbiex             9             3             2             4             76          82          12

Marsaskala       9             2             2             5             81          94          10

Barracudas       9             0             0             9             68          122        0

* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju

Ta’ Xbiex v Barracudas 6.00pm

Otters v Marsaxlokk      7.10pm

Marsaskala v Exiles       8.10pm