Sport Sport Ieħor

Team Malta jirbħu d-deheb fil-Kampjonati tal-Mediterran

It-tim Malti magħmul minn Mauro Anastasi, Cynthia Frendo Duca, Sue Abela u Nicholas Muscat kellhom prestazzjoni mill-aqwa hekk kif temmew fl-ewwel post fil-Kampjonati tal-Mediterran fit-Turkija, fejn hemm għelbu bosta timijiet ta’ kalibru għoli bħal l-Italja, Spanja u t-Turkija.

It-tim Malti temm l-ewwel sett ta’ 3 logħbiet filgħodu fl-ewwel post, eżatt qabel Ċipru, l-Italja u t-Turkija. Fil-bidu tat-tieni set, l-Italja ħarġet  b’saħħitha b’ totali ta 813 biex qabżet kemm lil Malta kif ukoll lil Ċipru b’ftit pins. Minn dakinhar ‘il quddiem, Malta ħarsu biss  ‘il quddiem, l-ewwel billi lagħab logħba  ta’ 857 biex reġgħu marru  fil-vantaġġ, u b’hekk żguraw li kemm it-Turkija kif ukoll Ċipru waqgħu lura sew, u mbagħad logħba finali sempliċement eċċellenti ta’ 963 (medja ta’ 240.75!) żgurat li l-Italja waqgħet kważi 200 pin lura b’kollox (5010-4811).

Prestazzjoni brillanti li żgurat ukoll li l-4 plejers Maltin kollha se jieħdu sehem fil-Masters, b’Cynthia Frendo Duca tikseb ukoll midalja oħra, waħda tal-bronż, hekk kif ġiet fit-tielet post fil-kategorija femminili tal-All Events!