Il-Ġimgħa filgħaxija, suċċess għall-atleta Maltija tal-Weightlifting, Tenishia Thornton fil-Kampjonati Dinjija taż-Żgħażagħ u l-Junior tal-IWF li qed isiru fil-Peru. Fil-kategorija tal-64kg, Thornton tat prestazzjoni mill-aktar pożittiva.
Thornton kellha bidu tajjeb b’snatch ta’ 89kg madankollu l-Maltija ma rnexxilhiex iżżomm il-piż fit-tieni u t-tielet tentattivi tagħha b’91kg.
Fil-clean and jerk, Thornton fetħet b’109kg iżda naqset milli tikseb ir-riżultat mixtieq fil-jerk.
Fit-tieni tentattiv tagħha, Thornton għamlet ritorn b’saħħtu, billi għolliet piż ta’ 109kg. Grazzi għal din ir-refgħa, Thornton telgħet fl-ewwel post qabel l-atleti kollha minn Gruppi C u D.
Fit-tentattiv ta’ wara, Thornton ippruvat tgħolli piż ta’ 111kg iżda din id-darba, ir-refgħa tagħha kienet bla suċċess.
Biex b’hekk, fil-klassifika finali, Thornton temmet fit-tielet post f’Grupp B, u mal-aqwa għaxra fid-dinja f’kategorija li kienet ikkontestata minn aktar minn 40 atleta minn madwar id-dinja.
//= $special ?>