Ian Zammit ta’ 36 sena tressaq l-Qorti l-Ħadd akkużat bi traffikar tad-droga… wara li l-Pulizija għamlet raid fl-appartament tiegħu f’Ħal Tarxien, fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu.
Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga kienu ilhom jissorveljaw l-appartament tiegħu f’Ħal Tarxien għal xahrejn, fejn dehru diversi persuni dieħlin u ħierġin mill-appartament tiegħu.
Mit-tfittxijiet li saru mill-Pulizija rriżulta li nstabu pakketti żgħar b’trab abjad suspettat kokaina kif ukoll ammonti kbar ta’ flus kontanti.
Fil-Qorti, id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, iżda dan ġie miċħud minħabba l-biża ta’ alterazzjoni fl-evidenza u nuqqas ta’ affidabilità fl-akkużat.
L-akkużat li għandu storja kriminali, allegatament ħarab mill-Għassa taż-Żejtun f’Diċembru li għadda.
Intant, il-Qorti ordnat lill-akkużat jingħata l-għajnuna meħtieġa sabiex jiġġieled il-problemi tad-droga.
//= $special ?>