Bayern Munich saru champions tal-Bundesliga għat-12-il darba fl-aħħar 13-il sena wara li Bayer Leverkusen kienu miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Freiburg.
It-tim ta’ Xabi Alonso ried rebħa sabiex jittardjaw ir-rebħ tal-Bundesliga b’ġimgħa hekk kif issa jinsabu tmien punti wara Bayern Munich meta għad fadal żewġ partiti.
Bayern Munich kellhom ċans isiru champions tal-Ġermanja lbieraħ iżda kienu miżmuma fi draw ta’ 3-3 minn RB Leipzig.
Dan l-ewwel unur li l-eks plejer ta’ Tottenham Harry Kane rebaħ matul il-karriera tiegħu. Matul dan l-istaġun hu skorja 24 gowl f’29 partita.
