Colin Schembri
Betsson Depiro 62
Starlites JSD 60
(15-20)(12-7)(23-16)(12-17)
Bettson Depiro kellhom biss għażla waħda f’din il-partita biex jibqgħu jittamaw li jerbħu l-kampjonat, dik li joħorġu rebbieħa u jisfurzaw il-ħames partita. U t-team imexxi minn Julian Naudi rnexxielhom jerbħu l-partita b’distakk ta’ basket u b’hekk il-kampjonat se jiġi deċiż fl-aħħar partita minn serje ta’ ħamsa. Il-partita kienet bilanċjata u kull team kellu l-mumenti tiegħhu tant l-vantaġġ inbidel għal 11 -il darba u għal għaxar darbiet kien hemm parita. Depiro kienu effettivi minn ġoż-żona fejn kisbnu 40 punt minn total ta’ 62 u 14 -il punt tagħom waslu mill-players ta’ fuq il-bank. L-ewwel punti waslu minn Claire Ciantar għal Depiro u Makaila Napoleon u Christina Curmi għal Starlites. Ylenia Bonett kabbret il-vantaġġ ta’ Starlites bi trippla qabel ma Janai Crooms u Ciantar wieġbu għal Depiro. Starlites kellhom trippla minn Napoleon però Crooms u Julia Borg Xerri ħallew lil Depiro fuq quddiem 15-13. Fl-aħħar minuta u nofs però, kienu Starlites biss li għamlu l-punti fosthom trippla ta’ Mikela Riolo għal skor ta’ 15-20. It-tieni perjodu kien maqsum bejn iż-żewġ timijiet. Depiro fetħu bl-aħjar mod u dawwru l-iżvantaġġ hekk kif għamlu disa’ punti mingħajr risposta minn Crooms, Joselle Borg Cardona u Kristy Galea. Kellhom jagħddu kważi seba’ minuti biex Starlites għamlu l-ewwel punti tagħhom permezz ta’ żewġ baskets ta’ Napoleon u trippla ta’ Catherine Cilia li poġġiethom 27-26 minn fuq. It-taqsima għalqet bi free-throw ta’ Borg għal parita ta’ 27-27.
Fil-bidu tat-tielet taqsima ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex Starlites żammew vantaġġ ta’ punt 32-31. Hawn Depiro għamlu run ta’ 10-2 bi trippli minn Borg u Nicole Agius. Starlites ġew lura permezz tal-punti minn Bonett u trippla ta’ Napoleon iżda Depiro reġħhu għamlu break ta’ 9-2 biex temmew il-perjodu 50-43 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Starlites bdew bil-punti ta’ Napoleon biex naqqsu d-distakk għal 3 punti. Crooms u Julia Borg Xerri kabbru l-vantaġġ għal Depiro li baqgħu dejjem fuq quddiem. Starlites għamlu 5 punti konsekuttivi minn Michela Zammit Cordina u trippla ta’ Bonett biex naqqsu d-distakk għal basket. Fl-aħħar minuta, Depiro żammew il-vantaġġ grazzi għal free-throws ta’ Borg u Crooms biex ħadu r-rebħa fuq skor finali ta’ 62-60 u sfurzaw il-ħames partita.
Betsson Depiro: N. Agius 8, J. Borg Xerri 6, J. Magri, J. Mallia , L. Sciberras, C. Ciantar 9, J. Borg 8, M. Micallef, N. Borg, K. Galea 2, J. Borg Cardona 6, J. Crooms 23.
Starlites JSD: S. Lecuyer, M. Riolo 6, C. Cilia 3, P. Riolo 2, M. Zammit Cordina 2, M. Fenech, M. Napoleon 27, E. Degiorgio, F. Vella, L. Zammit, C. Curmi 4, Y. Bonett 16.
Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Nicky Azzopardi
//= $special ?>